Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, enfasizzat kemm aħna xxurtjati li qed ngħixu f’pajjiż sikur. Qalet li madwar id-dinja – fl-Iran, fil-Golf Għarbi u fil-Lvant Nofsani – għaddejja gwerra fejn reġim qed joppressa mhux biss lill-poplu imma wkoll lill-ġeneru.
“Meta nħarsu lejn din is-sitwazzjoni f’pajjiżi lil hinn minn xtutna naraw kemm aħna xxurtjati u napprezzaw aktar dak li għandna fl-istess ħin insemmi s-solidarjetà li għandna nuru lejn dawn in-nisa li qegħdin jiġu trattati tat-tieni klassi. Fuq kollox, kemm għandna napprezzaw il-mixja u l-avvanz li l-mara għamlet hawn Malta,” qalet Dr Abela.
“Mara hi kelma sabiħa ħafna. Mara tissimbolizza l-kuraġġ, is-saħħa, id-dinjità, id-determinazzjoni u li ma taqtax qalbha. Huwa tajjeb li niċċelebraw jum il-mara mhux biss illum imma kuljum u matul is-sena kollha,” qalet Dr Abela.



