Dalgħodu fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Nas Daily li għandha aktar minn 21 miljun seġwaċi, Aish qalet li hi u Justin għada se jkunu qegħdin iżuru Malta biex joħloqu aktar filmati dwar il-pajjiż tant sabiħ tagħna.
Bit-titlu “Hello Malta” Aish fakkret li l-aħħar darba li Nas Daily kien f’pajjiżna kien ħoloq il-filmat Oh My Malta! li mhux biss kienu dehru mijiet ta’ Maltin, iżda wkoll l-istess filmat kienu rawh miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja.
Għalhekk, Aish qiegħda titlob lill-pubbliku biex għada fis-1pm jingħaqdu magħha u ma’ Justin fi Pjazza San Ġorġ il-Belt.
Biex wieħed jieħu sehem f’dan il-filmat, għandu jimla applikazzjoni li tinsab fuq il-midja soċjali tal-istess Nas Daily.