Friday, November 15, 2024

Ajax jagħtu kumpens lil Abdelhak Nouri

Aqra wkoll

Ajax qablu li jħallsu €7.85 miljuni lill-familja ta’ Abdelhak Nouri wara  li kura “inadekwata” ħalliet lill-midfielder bi ħsara serja permanenti f’moħħu.

Nouri, li dak iż-żmien kellu 20 sena, sofra arrest kardijaku waqt logħba ta’ ħbiberija kontra Werder Bremen f’Lulju tal-2017.

Investigazzjoni sabet li l-mediċi qattgħu wisq żmien jippruvaw inaddfu l-passaġġi tan-nifs tiegħu u kienu tard wisq biex jużaw defibrillatur.

Ajax ħallsu għall-kura tiegħu minn dak in-nhar u jgħidu li hekk se jkomplu jagħmlu.

Nouri kien internazzjonali Olandiż ta’ taħt il-21 sena u kien lagħab 15-il darba mal-ewwel team ta’ Ajax.

Il-familja ta’ Nouri ħarrku lill-club u issa qablu dwar soluzzjoni amikevoli, minflok ma marru għand il-kumitat tal-arbitraġġ tal-KNVB.

Il-manager ġenerali ta’ Ajax, Edwin van der Sar, qal: “Huwa tajjeb li ntlaħaq ftehim, biex inkunu nistgħu nikkonkludu dan.

Ekonomija

Sport