Saturday, September 7, 2024

Ajax jaħtru direttur sportiv ġdid

Aqra wkoll

Ajax Amsterdam qed ikomplu bir-rivoluzzjoni tagħhom mhux biss fil-plejers iżda wkoll fl-amministrazzjoni hekk kif ħatru direttur ġdid bl-isem ta’ Marijn Beuker. Dan tal-aħħar għandu 39 sena u kien jifforma parti mill-kumitat ta’ Queen’s Park FC fl-Iskozja.

Beuker qal li jinsab ferm onorat li qed jifforma parti mill-amministrazzjoni ta’ klabb li sejjaħlu wieħed storiku u li jista’ jissejjaħ l-aqwa wieħed li hemm fl-Olanda. Hu wiegħed li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u se jaħdem qatigħ sabiex jara lil dan it-tim aktar ‘il fuq fil-klassifika.

Ekonomija

Sport