Ikomplu s-sensiela ta’ tiġrif f’ċirkostanzi pjuttost misterjużi ta’ madwar id-dinja hekk kif illum iġġarraf ajruplan ieħor f’Minnesota, l-Istati Uniti.
Din id-draba l-ajruplan spiċċa f’ballun ta’ nar wara li ġġarraf ġo dar.
L-ajruplan privat ta’ magna waħda tat-tip SOCATA TBM7 telaq mill-ajruport internazzjonali Des Moines fin-12.30 p.m. ħin lokali u għadu mhux magħruf eżatt in-numru tal-passiġġieri li kienu fuqu u jekk hemmx fatalitajiet fosthom.
Skont mhuwa rrapportat ma kien hemm ebda persuni fid-dar meta l-ajruplan baqa’ dieħel fuqha u qeridha kompletament bin-nirien li kkawża mad-daqqa.