Sunday, December 22, 2024

Ajruplan privat fi triqtu lejn pajjiżna kellu jagħmel inżul t’emerġenza f’ajruport f’Palermo

Aqra wkoll

Ajruplan privat li telaq minn Milan fuq titjira lejn Malta kellu jagħmel inżul t’emerġenza f’ajruport f’Palermo, Falcone Borsellina, minħabba li tilef ammount ta’ fjuwil matul it-titjira. L-imsemmi ajruport kellu jingħalaq għal madwar siegħa.

Abbord kien hemm seba’ passiġġieri.

Il-midja Taljana rrappurtat li numru ta’ pumpiera intervjenew f’din l-emerġenza fejn stennew l-ajruplan fir-runway sabiex jassistuh biex jillandja. Waqt il-proċedura waqa’ xi fjuwil fuq l-istess runway.

Kawża ta’ din il-proċedura t’emerġenza, erba’ titjiriet ġew affettwati u kellhom isibu rotta alternattiva għal ajruporti oħra Sqallin sakemm ma reġa’ nfetaħ l-ajruport.

Ekonomija

Sport