Sunday, December 22, 2024

Ajruplan privat jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport ta’ Malta

Aqra wkoll

Ajruplan żgħir privat għamel inżul ta’ emerġenza ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-ajruport ikkonferma li llum għall-ħabta tas-2.19p.m. ajruplan żgħir privat iddikjara emerġenza wara li ż-żewġ membri tal-ekwipaġġ abbord indunaw li żviluppat problema fir-roti tal-ajruplan.

Minnufih, l-Ajruport ta’ Malta ħa azzjoni fejn il-membri tat-tifi tan-nar u membri oħra tas-salvataġġ marru immedjatament fuq il-post. 

Wara diversi tentattivi mingħajr suċċess, l-ekwipaġġ irnexxielu jinżel fuq ir-runway fit-3.20p.m. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Dwar dan il-każ infetħet investgazzjoni mill-awtoritajiet konċernati dwar x’ikkawża dan l-inċident.

Ekonomija

Sport