Sunday, November 16, 2025

Ajruplan żgħir b’inżul ta’ emerġenza fl-MIA

Aqra wkoll

Dalgħodu ajruplan żgħar kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Kien għall-ħabta ta’ 9.55am meta seħħ dan l-inċident.

Abbord l-ajruplan kien hemm żewġ persuni li ġew assistiti minn tim mediku, iżda rriżulta li ma kienu sofew l-ebda ġrieħi.

Kien il-Ministru Byron Camilleri li permezz ta’ post fuq il-midja soċjali qal li “grazzi għall-prekawzjonijiet ta’ sigurtà li ttieħdu kollox huwa taħt kontroll u ma weġġa ħadd.”

Fuq il-post marru b’mod immedjat il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li huma stazzjonati fl-Ajruport li kkontrollaw is-sitwazzjoni b’mod mill-aktar professjonali.

Konsgwenza ta’ dan l-inċident runway 23/05 kellha tingħalaq b’mod temporanju filwaqt li runway 31/13 baqgħet topera b’mod normali. B’hekk it-titjiriet skedati ma kellhom l-ebda problemi biex joperaw.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport