F’idejn Clint Vassallo, it-Taljan Akela Play rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret l-Erbgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa. Din kienet il-finali tat-Tazza ALDB Sette Giugno għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali għamlet parti mill-31 laqgħa tal-istaġun fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.
Ħdax -il żiemel ħadu sehem fil-finali Premier. Ir-rebbieħ, Akela Play żied sew fil-ġiri fl-aħħar metri biex b’nofs tul irnexxilu jirreġistra l-ħames rebħa tas-sena minn Gambit Brodde (Rodney Gatt) u Charming Soldier (Paul Galea). Elizir du Home (Noel Baldacchino) temm fir-raba’ post. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.14.2” fil-kilometru.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Flash Du Condroz (P. Galea) 3. Boko Won (S. Cassar) 4. Cupidon de Bassard (R. Cassar)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elios Noe (J. Gafa’) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia) 3. Mind Your Face (D. Grima) 4. Everton De Vandel (C. Calleja)
III Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hative De Ronsard (D. Cortis) Ħin – 2.44.8” (1.17”) 2. Flexy Vert (P. Galea) 3. High Handed (C. Camilleri) 4. Celika (D. Xerri)
IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ciroco d’Auvilier (H. Mc Kay) Ħin – 2.41.8” (1.15.6”) 2. Diego Du Coudou (R. Gatt) 3. Ecu Du Vivier (P. Galea) 4. Gringo Boko (C. Camilleri)
V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dimitrius (P. Galea) Ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Amenophis Du Lilas (D. Cortis) 3. Midnight Passion (E. Bezzina) 4. Divine de Montceau (D. Baldacchino)
VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Typhoeus Face (N. Baldacchino) Ħin – 2. 41.7” (1.15.6”) 2. Glenn Boko (C. Camilleri) 3. Qvanting Indika (A. Cassar) 4. Atout De Montbrun (J. Gafa’)
VII Tiġrija. Finali ALDB Tazza Sette Giugno. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Akela Play (C. Vassallo) Ħin – 2.38.9” (1.14.2”) 2. Gambit Brodde (R. Gatt) 3. Charming Soldier (P. Galea) 4. Elizir Du Home (N. Baldacchino)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gordon Quick (M. Desira) Ħin – 2.41.4” (1.15.4”) 2. Jadore Sugar (D. Cortis) 3. Cadol de La Noemie (P. Galea) 4. I Come In Peace (M. Ellul)