Thursday, March 13, 2025

Akkużat bi traffikar ta’ droga u b’bejgħ ta’ vetturi misruqa

Aqra wkoll

Michel Thomas tressaq il-Qorti wara li kellu jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tiegħu. Hu kien arrestat mill-Pulizija Maltija biex jiġi estradit lejn il-Ġermanja.

Fost l-akkużi li qiegħed jiffaċċja hemm dak tat-traffikar ta’ droga, li biegħ vetturi misruqa u li għamel serqa bl-użu tal-armi.

Fil-Qorti Maltija l-akkużat għandu każ ieħor b’akkużi ta’ ħsara volontarja u ksur ta’ paċi pubbliku.

L-avukati difensuri qalu li se jkunu qegħdin jikkontesta l-estradizzjoni tiegħu lejn il-Ġermanja. L-akkużat baqa’ jinżamm taħt arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport