Saturday, December 21, 2024

Akkuzat li ħebb għal uffiċjali tal-LESA waqt li kien fis-sakra

Aqra wkoll

Joseph Campagno baqa’ jinżamm arrestat wara li nhar is-Sibt ġie akkużat li għajjar, hedded u ħebb għal żewġ uffiċjali tal-LESA f’Birkirkara waqt li kien fis-sakra.

L-Ispettur Francesca Calleja li mixxiet il-Prosekuzzjoni qalet li l-każ seħħ nhar il-Ħamis li għadda fejn allegatament ir-raġel beda jgħajjat u jhedded liż-żewġ uffiċjali għax skontu kienu qed jimblukkaw it-triq.

L-akkużat kien fis-sakra fil-ħin tal-inċident u għalhekk kien ferm diffiċli biex jiġi kkontrollat.

Fil-Qorti ntqal li wieħed mill-uffiċjali sofra ġrieħi ħfief. Ġie spjegat ukoll li l-istess uffiċjal deher minn kameras tas-sigurtà il-ħin kollu mal-imputat imbagħad imbuttah.

Compagno wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni.

Il-Maġistrat Joseph Gatt wara li sema’ ż-żewġ naħat ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport