Bulgaru ta’ 35 sena li jgħix Wied il-Għajn ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li ta n-nar u li għamel ħsara lill-proprjetà privata tal-eks-sieħba tiegħu.
Minkejja li kien hemm talba biex jingħata l-ħelsien mill-arrest il-Qorti ċaħdet dan minħabba li l-akkużat għandu nuqqas ta’ rabta ma’ Malta u anke li riskju ċar li jista’ jinfluwenza x-xhieda li mistennija jitressqu f’dan il-każ.
Kien fit-13 ta’ Novembru li għadda meta allegatament l-akkużat ta’ n-nar lil bieb waqt li l-eks-sieħba tiegħu kienet fuq ġewwa tad-dar.
L-Ispettur Mario Xiberras qal lill-Qorti li dakinhar tal-każ kien daħal rapport li kien hemm dar ta’ bieb qiegħed jieħu n-nar. Mill-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li d-dar li tagħha l-bieb ingħata n-nar hija ta’ raġel Malti li kien qiegħed jikriha lil xi persuni barranin.
Hekk kif il-pulizija bdew jaraw CCTV deher raġel li l-istruttura tiegħu hija simili ħafna tal-akkużat kif ukoll kellha basket simili wkoll.
Kien is-sid li nforma lill-pulizija li waħda minn dawk li jgħixu f’dik id-dar kienet f’relazzjoni mal-akkużat.
Il-Bulgaru wieġeb mhux ħati tal-akkużi li nġabu kontrih fejn l-avukat tiegħu Daniel Attard talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-prsekuzzjoni oġġezzjonat.
Il-Maġistrat fil-fatt ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, għalkemm talbet li jitressqu x-xhieda malajr kemm jista’ jkun.
L-Ispettur Jeffrey Scicluna mexxa l-Prosekuzzjoni, assistit minn Daniel Tabon u Joseph Camilleri Azarov mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.