Fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva ta’ Santa Venera bħalissa hemm jattendu 53 anzjan minn dawn 50 huma nisa u 3 huma rġiel F’dan iċ-ċentru l-anzjani ġejjin mill-lokalitajiet ta’ Sta Venera, Mtarfa, Pietà, B’Kara, Naxxar, Ħamrun u Ħal Għargħur.
Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela meta kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici.
Il-Ministru fi tweġiba separata li saret mill-istess deputata qal fil-Parlament li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun jattendu 74 anzjan. Minn dawn 67 huma nisa u 7 huma rġiel. F’dan iċ-ċentru l-anzjani ġejjin mill-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta Venera, Marsa, Ħ’Attard, Msida, Pietà, Mosta B’Kara, Rabat, San Pawl il-Baħar u Valletta.