L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 438 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 590 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huma għal 8,979.
It-total ta’ mwiet telgħu għal 667 wara li bejn it-Tnejn u t-Tlieta mietu tliet persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.