Friday, November 22, 2024

Aktar fergħat tal-BOV jerġgħu jinfetħu minn nhar it-Tnejn

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta bi pjaċir iħabbar li b’effett mit-Tnejn 17 ta’ Awwissu 2020, se jerġa’ jiftaħ 4 fergħat oħra li jinsabu fil-Fgura, Fleur de Lys, il-Ħamrun u l-Mellieħa, u b’hekk it-total ta’ fergħat u aġenzija miftuħa se jilħaq id-39.

Dawn il-Fergħat tal-BOV se jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 am u s-1.30 pm. Tisrif ta’ ċekkijiet u ġbid ta’ flus jistgħu jsiru sa nofsinhar skond l-iskeda normali ta’ qabel il-COVID. Nhar ta’ Sibt, il-fergħat ma joffrux servizz ta’ kaxxier iżda jkunu miftuħa mit-8.30 am sal-12.30 pm għal servizzi oħra bħal self għad-djar, self personali, ftuħ ta’ kontijiet, investimenti, applikazzjonijiet għal credit u debit cards, internet u mobile banking. Biex jevitaw il-kju, il-klijenti jistgħu jagħmlu appuntament għal servizzi mhux tal-kaxxier billi jibagħtu email lil [email protected] bit-tip ta’ servizz meħtieġ, in-numru tal-mowbajl u tal-Karta tal-Identità u l-fergħa preferuta jew billi jċemplu fuq +356 2131 2020.

Barra minn hekk l-ATM tal-Fergħa tal-Ħamrun ġiet mibdula għal waħda aktar avvanzata għal servizzi bankarji aktar konvenjenti. Permezz ta’ dawn it-tip ta’ ATMs, il-klijenti jistgħu jiddepożitaw flus kontanti u ċekkijiet direttament fil-kont tagħhom.

Il-klijenti jistgħu jevitaw li jistennew fil-kju billi jużaw il-mezzi diġitali tal-BOV bħal ATMs, BOV Cards, BOV Pay, BOV Mobile u Internet Banking għal servizzi bankarji orħos, veloċi u siguri. Il-Bank of Valletta għandu 97 ATM madwar Malta u Għawdex, li 44 minnhom huma ATMs aktar avvanzati u joffru firxa wiesgħa ta’ servizzi.

Aktar dettalji jinstabu fuq https://www.bov.com/content/covid-19-bov-updates.

Sport