Saturday, December 28, 2024

Aktar ġenituri jagħżlu li jkollhom wild wieħed!

Aqra wkoll

Saret ħaġa komuni li koppja jkollhom wild wieħed, madankollu xorta għad hawn pressjoni globali biex il-koppji jkollhom aktar minn wild wieħed. Jeżisti każi fejn tfal mingħajr aħwa jitrabbew imħassra u solitarji. Ġenituri stess jgħidu li ssirilhom pressjoni mill-membri tal-familja u anki minn barranin, biex ikollhom aktar tfal. Fuq il-midja soċjali ma jonqsux lanqas ir-ritratti u filmati ta’ ommijiet f’mumenti adorabbli mal-wild fit-twelid.

Għalkemm jieħdu d-deċiżjoni flimkien, il-ġenituri koppji li jagħmlu din l-għażla ħafna drabi jsibu ruħhom jaraw kif jikkonvinċu nies oħra, u anke lilhom infushom, li għamlu ħaġa tajba, li mhux se jiddispjaċihom.

F’kuntest ta’ ħajja mgħaġġla, fejn il-pressjonijiet fuq il-familji kibru, speċjalment sfidi finanzjarji u anki ta’ karriera, l-koppji jagħżlu li jibqgħu jaħdmu u għaldaqstant, dawn is-sitwazzjonijiet iwasslu biex il-ġenituri jagħżlu li ma jkollhomx aktar minn wild wieħed, l-iktar l-iktar tnejn. Dan mhux f’Malta biss jista qed jiġri.

Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea, naraw li 49% tal-familji għandhom wild wieħed. Fil-Kanada, il-familji b’wild wieħed jiffurmaw l-akbar grupp, li żdied minn 37% fl-2001 għal 45% fl-2021. Filwaqt li fl-Istati Uniti 18% tan-nisa fl-2015 kellhom wild wieħed, minn 10% fl-1976.

Ir-raġunijiet għall-familja b’tifel waħdieni huma ħafna u varjati: jinkludu finanzi, infertilità, età tal-ġenitur, tħassib mediku, u x-xewqa sempliċi li jkollhom wieħed biss. Minħabba l-istress tal-ħajja miżżewġa, il-pressjonijiet tax-xogħol, l-ispejjeż tat-trobbija tat-tfal, il-fatt li ħafna ġenituri jagħżlu li jkollhom wild wieħed tinftiehem.

Lura fiż-żmien li jkollok ħafna tfal kienet tgħin lill-familja fil-ħidma meħtieġa biex jgħixu. U, ovvjament, anke kawża ta’ nuqqas ta’ kontraċezzjonijiet affordabbli, u bin-nisa jiżżewġu f’età ferm iżgħar.

Madankollu, mhux il-ġenituri biss qed jiffaċċjaw ġudizzju minn ta’ madwarhom. It-tfal ukoll jiġu stigmatizzati bħala ‘strambi’. Jgħidulek dawn mhux se jkunu jafu jaqsmu jew se jkunu mħassra.
Dawn il-pressjonijiet soċjali jfissru li, ħafna drabi, il-ġenituri ta’ wild wieħed b’għażla jħossuhom inċerti mid-deċiżjoni tagħhom.

Filwaqt li ħafna nies jaraw lill-aħwa bħala ‘rigal’ għal ħuhom/oħthom, madankollu m’hemm l-ebda garanzija li t-tfal se jiftiehmu. Għal xi wħud, kienu l-esperjenzi tagħhom stess fil-familja li ġagħluhom jikkunsidraw li jkollhom wild wieħed biss. Nafu ħafna nies madankollu li għandhom l-aħwa li iżda xorta waħda huma mħassra u arroganti.

Naraw ommijiet ta’ tnejn jew aktar iridu jaraw kif se jlaħħqu għall-attivitajiet differenti ta’ wliedhom, speċjalment hekk kif it-tfal jikbru, apparti wkoll il-lat finanzjarju.

L-istigma kontra l-ġenituri li konxjament jagħżlu li jkollhom tifel wieħed għadha tippersisti. Madankollu, ix-xjenza moderna tissuġġerixxi li t-tfal waħedhom (wild wieħed) huma normali xorta waħda. Studji li jmorru lura għas-snin tmenin juru li m’hemmx differenzi stabbiliti bejn dawk li huma waħedhom (wild wieħed) u dawk li għandhom l-aħwa, apparti biss li għandhom rabtiet aktar b’saħħithom mal-ġenituri tagħhom.

Ekonomija

Sport