Saturday, May 18, 2024

Aktar immigranti jinstabu jgħixu Malta illegalment

... jinbeda l-proċess għar-ripatrijazzjoni

Aqra wkoll

Il-Ħadd filgħodu tkomplew l-ispezzjonijiet immexxija mill-Pulizija, bl-assistenza tal-uffiċjali tas-Servizzi tad-Detenzjoni, marbuta mal-immigrazzjoni irregolari f’Malta.

Fil-Marsa nstabu 11-il persuna jgħixu f’pajjiżna b’mod irregolari u li dawn jingħaqdu ma’ 19-il-persuna oħra li nstabu fl-aħħar jiem. Dawn minnufih ittieħdu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni u nbeda l-proċess biex jintbagħtu lura lejn il-pajjiż li legalment jistgħu jirrisjedu fih.

Dawn l-ispezzjonijiet se jissuktaw fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

Sport