Aktar inkwiet għall-eks plejer ta’ Real Madrid u Milan Robinho li xejn ma jinsab fil-kotba t-tajba mal-pulizija internazzjonali. Hekk kif sena ilu weħel disa’ snin ħabs mill-Qorti tal-Ġustizzja Taljana wara li ġie akkużat bi vjolenza sesswali fuq tfajla Albaniża fuq każ li seħħ għaxar snin ilu, Robinho qed isibha diffiċli li jirritorna f’pajjiżu l-Brażil wara li għadhom ma nħarġulux id-dokumenti neċessarji.
Fil-fatt il-pulizija Taljana tinsab seba’ għajnejn fuq Robinho sabiex ma jitlaqx mill-pajjiż b’dan tal-aħħar li offra li jagħmel id-disa’ snin ħabs f’pajjiżu stess.
F’dan il-każ l-awtoritajiet Taljani tal-Ġustizzja qegħdin f’kuntatt ma’ dawk Brażiljani sabiex jingħataw l-istruzzjonijiet kollha meħtieġa.