Friday, December 20, 2024

Aktar investiment fir-riċerka dwar il-marda tal-kanċer

Aqra wkoll

Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ grupp ta’ ċiklisti Maltin li jiffurmaw parti mill-Alive Charity Foundation. L-għan ta’ din l-għaqda mhux governattiva huwa li jinġabru fondi għal riċerka dwar il-kanċer, permezz ta’ sfidi bir-rota.

Fl-isfida li jmiss, li se tibda fil-25 ta’ Lulju minn Barċellona, ħamsa u tletin ċiklist se jaqdfu mal-1,300km f’sebat ijiem, biex jiġbru donazzjonijiet proprju għal dan l-għan. Matul din iż-żjara, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar din l-inizjattiva u qal li din l-isfida hija simbolu tad-determinazzjoni, tar-rieda u l-kuraġġ ta’ dawk kollha li xi darba jew oħra messithom il-marda tal-kanċer.

Saħaq li l-gvern jibqa’ kommess li jinvesti fil-qasam tar-riċerka dwar il-marda, tant li l-Pjan dwar il-Kanċer 2024-2030 jiffoka fuq ir-riċerka, il-prevenzjoni, l-iscreening u li wieħed ikollu dijanjosi kmieni tal-marda.

F’isem Alive Charity Foundation tkellmu ċ-Chairperson, Nicky Camilleri, u l-kofundatur, Elton Barry, li spjegaw li l-mira tagħhom hija li jinġabru €300,000 biex fl-għaxar sena mit-twaqqif tal-fondazzjoni jkunu ġabru total ta’ miljun ewro. Mal-prim ministru tkellmu dwar il-preparamenti għal din l-isfida li ilhom għaddejjin għal din l-aħħar sena, kemm f’dik li hija t-tfassil tar-rotta, il-loġistika wara din l-inizjattiva kif ukoll it-taħriġ fiżiku taċ-ċiklisti.

Ekonomija

Sport