Saturday, November 23, 2024

Aktar każi ġodda minn fejqan fl-aħħar 24 siegħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-2,915 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 148 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 111-il persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 1,622.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 17-il persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, erba’ każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u ħames każi minn attivitajiet soċjali.

Sport