Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport, fosthom dak akwatiku?
Jien imwieled u mrobbi Birzebbugia fl-istess sena li twieled il-klabb tal-waterpolo fir-raħal i.e.1955. Dak iż-żmien ma kienx klub awtonomu imma kien parti mill-Birzebbugia Social Club li kien jinkorpora diversi sport ieħor. Inqata’ għalih fl-1967 meta nbena l-pitch.
Meta kont qed nikber kont immur nara l- logħob, forsi aktar għaliex ma kienx hemm x’tagħmel. Biż-żmien , aktar mal-isport beda jikber fir-raħal, aktar sirt ninteressa ruħi. Kien hemm żmien qasir fejn anke bdejt nitħarreġ mat–tim taż-żgħar. Biss minħabba l-istudju kont waqaft.
Bqajt dejjem insegwi t-team tar-raħal u mmur narahom meta jkolli l-opportunita. Kif jigri lil ħafna, meta bdejt il-karriera u nibni familjaġnqtajt għal numru ta’ snin, sakemm fit-2002 gejt avviċinat biex ngħin lil klub ta’ Birżebbuga fil-progett ambizzjuż biex ikollu pitch tal-ilma ħelu flok il-pitch żdingat li kien hemm dak iż-żmien.
Biex ma ntawwalx fuq dan, dħalt bħala konsulent, u wara xi sena gejt mistieden nidħol fil-kumitat, u wara xi sentejn kien irreżenja l-president u gejt mitlub biex naċċetta l-kariga. Domt 13-il sena bħala president ta’ Birżebbuga u kelli unur li ninawgura il-klub house u pool godda fl-2017. Fl-2018 dherli li xogħoli issa kont għamiltu u xtaqt li ngħaddi r-riedni lil ħadd ieħor. Irriżenjajt f’Ottubru ta’ dik is-sena. Biss bqajt ngħin għal xi tliet snin oħra, l-aktar fuq il-finanzi sakemm żgurajt li l-pilastri fianzjarji tal-klabb kienu ssodaw biżżejjed.
Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala Segretarju Generali tal-ASA.
Skond l-istatut tal-ASA is-segretarju, flimkien mal-president, huma responsabbli ta’ kollox.
Biss fl-ASA illum għandna impjegati u voluntiera li jieħdu hsieb ħafna mix-xogħol li jkun hemm. U minn hawn nixtieq inselmillhom u nirringrahom.
Fil-prattika jien inkarigat l-aktar fuq id-dixxiplina. Dan jinkludi li nara li r-regoli tal-ASA jigu onorati mill-klabbs kollha. Dan jinkludi l-obbligi tal-klabbs lejn l-ASA kif ukoll ir-regoli li jikkonċernaw il-kompetizzjonijiet. Pereżempju, hu xogħoli li nara li kull red card li tingħata waqt il-logħob tigi proċessata kif jipprovdu r-regoli ta’ dixxipplina tal-ASA. L-istess nagħmel meta nirċievu xi protest, rapporti jew appelli. U kultant anke xi talba biex nagixxu ta’ intermedjarji bejn plejer u klabb, jew bejn klabb u ieħor. F’dawn il-każi, id-deċiżjonijiet ma neħodhomx jien, iżda l-kummissarji tad-dixxiplina li huma appuntati u approvati mill-klubs stess.
Għalhekk fix-xogħol tiegħi jidħol ħafna l-istudju tar-regoli tal-ASA u l-interpretażżjoni u l-infurżar tagħhom. Qed nagħmel mezz li fejn dawn ir-regoli ma jkunux ċari, qed nara li jinbidlu malajr ħalli dak li hu diga tajjeb ħafna, jsir aħjar. Sintendi kull bidla fir-regoli trid tiġi approvata mill-klubs waqt wieħed mill-erba’ kunsilli li jsiru kull sena.
Kemm taħdem spalla ma’ spalla mal-president Karl Izzo?
Karl hu president b’viżjoni li jrid jara l-isport akwatiku Malti fl-ogħla quċċati u rispettat madwar id-dinja. U qed jaħdem kemm jiflaħ sabiex ix-xogħol li kien beda bħala ċoaċħ, issa jkomplih bħala l-mexxej tal-isport akwatiku f’Malta. Għadma iebsa mmens. Biss mhux impossibli.
Bħal Karl, jien persuna pożittiva mmens u l-viżjoni tal-president, meta spjegahieli, għogbitni ħafna. U meta talabni sabiex naċċetta l-kariga ta’ segretarju ġenerali u niġbed il-ħabel miegħu, ma kellix problem ngħidlu iva.
Karl hu persuna li jgħidlek fejn jixtieq jasal, biss iħallik liberu biex tasal kif taħseb li l-aħjar inti. U dan l-istil ta’ tmexxija jien dejjem emmint fih u pprattikajtu fl-istess professjoni tiegħi. Fejn jidħol ix-xogħol li ġie afdat lili, il-president iħalli f’idejja. Ukoll meta ma qabilx miegħi, ħallini nsegwi l-ideat tiegħi.
X’tikkummenta fuq il-livell tal isport akwatiku f’pajjiżna u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Kif qed naraw kontinwament, l-isport akwatiku qed javvanża ħafna f’Malta. Bħala pajjiż żgħir b’riżorsi limitati, naħseb li qed nagħmlu ħafna, U meta ngħid riżorsi ma nirreferix għal-dawk finanzjarji biss. Wieħed ma jistax jinsa li aktar ma jkun żgħir pajjiż, l-għażla ta’ atleti li jinstabu fih tiċkien. U l-istess l-opportunitajiet ta’ oppożijoni kontra min inti tista tikkompeti u titgħallem minnu.
Ir-riżultati tal-aħħar Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta urewna kemma avvanzajna f’kull sport. Fil-waterpolo illum nokkupaw pożiżżjonijiet fl-ewwel 20 post f’kull kategorija. U minn sena għall-oħra telgħin ‘il fuq.
Biss dejjem saqajna mal-art. Għad baqa ħafna xi jsir għax għadna qatt ma rbaħna midalja olimpika. Sa issa!
U dak tar-riżorsi fejn jiġu organizzati l kompetiżżjonijiet uffiċjali marbuta ma’ dan l-isport f’ pajjiżna?
Fl-isport, ikollok kemm ikollok, qatt mħu biżżejjed. Jekk wieħed isegwi dak li jigri f’pajjiżi oħra, ħafna akbar minna u li jinvestu miljuni kbar fil-qasam sportiv, tara li a dejjem jitolbu aktar fondi.
Biss, kif qed naraw, il-faċilitajiet dejjem jiżdiedu. Meta sirt president ta Birzebbugia jien fl-2005, kien ħawn żewg pixxini biss bl-ilma ħelu ta’ daqs fejn tista’ tintlagħab logħba. Illum hawn sitta u daqt tiżdied ukoll dik ta’ Għawdex. U l-kwalitá ta’ dawn il-pixxini huma ta’ livell ferm ogħla milli kien hawn qabel.
Il-ġenituri wkoll, illum lesti li jinvestu fil-qasam sportiv fejn jidħlu wliedħom. Il-kwantita ta’ żgħażagħ li jipprattikaw kull tip ta’ għawm jiżdied kull sena. U dan jixduħ l-iskejjel u l-klubs tal-għawn li qed ifeġġu f’pajjiżna. Il-gost tiegħi meta nkun għadni xogħol il-pixxina wara l-erba ta’ wara nofs in-nħar, meta nara l-pixxina mimlijja daqs bajda bit-tfal, gejjin dirett mill-iskola, għat-tħarrig tagħħom. L-istess filgħodu kmieni. Illum, kull filgħodu, tara mini bus tistenna sabiex tieħu studenti li jiġu għat-taħriġ tagħhom qabel jisbaħ, dirett mill-pixxina għall-iskola.
Fuq l-aspett finanżjarju, l-Assoċjażżjoni tagħna tirċievi ħafna għajnuna minn diversi sorsi. L-aktar minn Sport Malta, u minn hawn nixtieq nuri l-apprezzament tagħna għal dan. Biss, kif għidt aktar il-fuq, fil-qasam sportiv ir-riżorsi qatt mhuma biżżejjed. Hemm ħafna x’nistgħu nagħmlu aktar.
Forsi ħafna drabi naħsbu li l-ASA għandħa x’taqsam biss mal-waterpolo, iżda fil-fatt din tagħti importanża lil sport akwatiku ieħor. Agħtina iktar dettalji.
L-ASA, bħalissa għandha tliet fergħat prinċipali. Tal-Water Polo hu biss wieħed, u li forsi jidher l-akar. Biss fil-qasam tal-għawm aħna attivi ħafna u kull sena jsiru ħafna Time Trials u kompetiżjoniiet oħra bil-parteċipażżjoni ta’ atleti barranin. Hemm ukoll dak tal-għawn artistiku li qed jikber sew u li fiħ diġa għamilna progress enormi. F’dan l-isport ukoll qed nisperaw li nikkwalifikaw għall-Olimpjadi li jmiss. It-tliet fergħat huma mmexxijja minn nies dedikati u kompetenti mmens.
Hemm ukoll dak tal-Open Water, qasam li dan l-aħħar kien ħafna fl-aħbarijiet bis-saħħa ta’ Neil Agius u r-rekords li kiser. Sa ftit xhur ilu dan kien fdat f’idejn klabb immexxi min-nies dedikati li kienu jorganizzaw diversi attivitajiet kull sena. Dan il-klabb dan l-aħħar xolja u l-ASA qiegħda fi proċess biex ma tħallix dan l-isport imut . U dan billi diġa appuntajna persuna biex tippjana kif l-aħjar nimxu l-quddiem f’dan l-isport ukoll.
L-idea tal-president u l-eżekuttiv hi li kemm għall-fergħa tal-għawm akwatiku kif ukoll dak tal-open waters, nappuntaw viċi-president, kif għandħom iż-żewġ fergħat l-oħra. B’hekk inkunu nistgħu nimxu ‘l quddiem ferm aktar u malajr.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala Segretarju Ġenerali tal-ASA?
Kif taf, jien m’għadniex żgħir. Ngħodd 70 sena magħluqa. U għalhekk ma nistax inħares il-bogħod wisq. Bħalissa il-pjan tiegħi hu li nonora l-wegħda li għamilt lill-president Karl Izzo għat-tliet snin li aċċettajt il-kariga. Jekk, meta jasal iż-żmien li noffri ruħi għal tliet snin oħra, inkun għadni niflaħ, u l-klabbs ikunu għadhom iriduni, nibqa’ lest li ngħin. Ix-xogħol li qed nagħmel, għalkemm impenjattiv ħafna, ma niddejjaqx nagħmlu. U jien persuna li ma nafx noqgħod kwiet.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess f xi tip ta’ sport akwatiku.
L-isport akwatiku, bħal kull sport ieħor, jeħtieg dedikażżjoni u sagrifiċċju. Ebda ħaġa ta’ sodisfazzjon fil-ħajja ma tigi mingħajr impenn u sagrifiċju. Dak li jiġi faċli ma tantx fih preġju. Lil binti kont ngħidilħa frażi li naħseb li tibqa’ dejjem relevanti u nagħlaq biha.