Sunday, November 24, 2024

Aktar minn 1.7 miljun passiġġier jaqsmu l-fliegu fis-sajf

Aqra wkoll

Matul it-tielet kwart ta’ din is-sena, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet kemm fl-għadd ta’ passiġġieri u vetturi kif ukoll fil-vjaġġi li saru meta mqabbel mal-istess kwart tal-2022.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Lulju u Settembru 2023 saru total ta’ 11,840 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,977,673 passiġġier. Lulju kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 4,073 vjaġġ jew 34.4% tal-vjaġġi kollha f’dan il-perjodu.

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, kien hemm total ta’ 1,711,887 passiġġier li vvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa, li tfisser żieda ta’ 7.6% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu – 597,290. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied b’1.6 fil-mija, għal total ta’ 580,346.

Fit-tielet kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,203, li hija żieda taʼ 0.7 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2022. FʼLulju kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,104 jew 33.7 fil-mija tal-vjaġġi totali għal dan il-perjodu.

Sport