Sa mill-bidu tal-pandemija tal-covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa wettqu ’l fuq minn 100,000 swab test. Ikkonferma dan il-Ministeru għas-Saħħa permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Il-Ministeru tenna li l-prevenzjoni u kemm pajjiżna kien preparat biex jilqa’ l-imxija tal-coronavirus huma dak li wasslu għas-suċċess ta’ pajjiżna s’issa f’din il-ġlieda kontra l-virus.
Intant f’pajjiżna n-numru ta’ każi attivi jammontaw għal 12, wara li lbieraħ ma kien irrapportat l-ebda każ ġdid ta’ persuni infettati bil-covid-19. Fl-istess waqt persuna oħra rkupraw mill-virus.