Thursday, November 6, 2025

Aktar minn 11,172 persuna użaw is-servizz tal-1400

Aqra wkoll

Sal-Ħadd, 26 ta’ Ottubru, kien hemm 11,172 persuna li użaw il-linja 1400. Is-servizz tal-helpline 1400 beda fis-27 ta’ Mejju 2025. 

Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Il-Ministru Abela spjega li l-pazjenti li bbenefikaw l-aktar mill-1400 huma dawk li ma jkunx jidher li għandhom mard li jkun ta’ periklu imminenti għal ħajjithom jiġifieri il-kategorija tal-ESI 3. F’din il-kategorija kien hemm żieda ta’ 14%, fin-numru ta pazjenti li bdew it-trattament fl-ewwel sagħtejn. 

“Wieħed irid iżomm f’rasu li jekk wieħed iqabbel Ġunju sa Settembru 2024 ma’ dawk bejn Ġunju u Settembru tal-2025, kien hemm żieda ta’ 8.5% fil-kategoriji ta’ pazjenti hekk msejħa ESI 1 u 2 (jiġifieri l-aktar kategoriji akuti, li jehtieġu kura urġenti), u kien hemm żieda ta’ 9%, fil-kategoriji anqas urġenti, hekk msejjħa ESI 3,” temm jgħid il-Ministru Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport