Friday, December 13, 2024

Aktar minn 137 vittma u aktar minn 300 oħra midrubin fl-ewwel sigħat tal-invażjoni

Aqra wkoll

Il-President Ukren ħabbar li sal-Ħamis filgħaxija l-għadd ta’ persuni li nqatlu kien tela’ għal 137 persuna u dawk midrubin żdiedu għal 316-il persuna. Dawn huma l-ewwel ċifri tas-sofferenza Ukrena wara l-ewwel sigħat ta’ invażjoni Russa li rat il-pajjiż jiġi attakkat mill-art, mill-baħar kif ukoll mill-ajru.

Il-President Volodymyr Zelensky qal li dawn l-ammonti jinkludu suldati u ċittadini Ukreni.

Intant il-Ministru tas-Saħħa Ukren Viktor Lyashko qal li l-awtoritajiet qegħdin iħejju faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż biex ikunu jistgħu jilqgħu lil dawk li jindarbu f’dawn l-attakki mdemmija.

Ekonomija

Sport