Friday, October 17, 2025

Aktar minn 2 miljun persuna jaqsmu l-fliegu fit-tielet kwart tas-sena

Aqra wkoll

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena (Lulju – Settembru) kienet irreġistrata żieda fil-passiġġieri, fil-vetturi u anke fil-vjaġġi li jsiru bejn Malta u Għawdex u dan meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru saru aktar minn 12,000 vjaġġ mill-vapuri tal-Gozo Channel u s-servizz tal-fast ferry. Bejniethom, dawn ġarrew kważi żewġ miljun u 90 elf passiġġier.

L-istess ċifli juru li aktar minn miljun u seba’ mitt elf passiġġieri wżaw il-Gozo Channel biex qasmu l-fliegu. Hawn ġiet irreġistrata żieda ta’ 3.3 fuq it-tliet xhur tas-sena li għaddiet.

Awwissu waħdu ra aktar minn sitt mitt elf passiġġier waqt li l-għadd ta’ vetturi li qasmu bejn il-gżejjer fit-tliet xhur tas-sajf qabżu wkoll is-sitt mitt elf,

Miċ-ċifri tal-NSO jirraportaw ukoll is-servizz tal-fast ferry bejn il-Port il-Kbir u l-Port tal-Imġarr kompla jżid fil-popolarità tiegħu tant li ntuża minn ‘il fuq minn 377,000 passiġġier, żieda ta’ kważi 18% fuq l-istess perjodu sena ilu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport