F’Pembroke, it-tim tal-infurzar ta’ Transport Malta waqqaf ‘il fuq minn 200 vettura. Matul dawn l-ispezzjonijiet inħarġu aktar minn 50 taħrika fuq vetturi barranin, kummerċjali u lokali filwaqt li ġew konfiskati 7 vetturi fuq abbuż sever li jinkludi sewqan bla liċenzja.

F’kitba fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal li l-ebda abbuż mhu qed ikun ittollerat.