Saturday, September 20, 2025

Aktar minn 250,000 persuna spostati minn Gaża fl-aħħar xahar – in-Nazzjonijiet Magħquda

Aqra wkoll

Aktar minn kwart ta’ miljun persuna ġew spostati mill-belt ta’ Gaża fl-aħħar xahar, skont ċifri maħruġa min-Nazzjonijiet Magħquda, b’għexieren ta’ eluf ta’ persuni oħra jkunu mġiegħla jaħarbu minn djarhom jew mix-xelters fejn kienu qed jistkennu fid-dawl tal-offensiva ġdida minn Iżrael. 

L-attakki f’Gaża ssoktaw matul il-jum tal-Ħamis, b’uffiċjal tan-NU jgħid li “mewġa kbira ta’ spostament” għadha għaddejja, u dan hekk kif telqu mas-60,000 persuna oħra aktar kmieni din il-ġimgħa. 

Min-naħa l-oħra, uffiċjali militari Iżraeljani qalu li n-numru totali ta’ nies li segwew l-ordnijiet Iżraeljani biex tiġi evakwata l-belt ta’ Gaża kien ferm ogħla.

Il-prezzijiet għat-trasport żdiedu sew, b’uħud ikollhom saħansitra jimxuha, mgħobbija b’affarijiet personali u anke bi tfal żgħar. “Sejrin lejn il-bajja, ħafjin. Ma nafux fejn se mmorru,” qal wieħed minn dawn il-persuni f’kummenti mal-midja internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport