Wednesday, November 5, 2025

Aktar minn 280,000 ħaddiem bdew jirċievu għotja oħra li tippremja l-bżulija

Aqra wkoll

 Aktar minn 280,000 ħaddiem bdew jirċievu għotja oħra għat-tmien sena konsekuttiva. Dan huwa ċekk għall-ħaddiema biex il-Gvern ikompli jippremja l-bżulija. Għotja ta’ bejn €60 u €140 għall-ħaddiema li kienu f’impjieg fl-2023. B’kollox, għal din l-għotja, fuq medda ta’ tmien snin, il-Gvern se jkun investa ftit aktar minn €158 miljun.

Din l-għotja hija addizzjonali għall-investiment li qed isir fil-ħaddiema bl-akbar rati ta’ tnaqqis fit-taxxa għall-ħaddiema kollha. Tax cut għall-ħaddiema kollha li tfisser li minn tal-inqas kull ħaddiem ma jħallasx taxxa fuq l-ewwel €1,000 fix-xahar li jaqla’.

Il-Gvern ħabbar ukoll Budget għas-sena d-dieħla li fih se jnaqqas iżjed it-taxxa għall-ħaddiema ġenituri fejn familja b’żewġ ġenituri u żewġt itfal b’paga sa €30,000 kull ġenitur mhux se tħallas ċenteżmu taxxa mill-2028 għal kwart ta’ seklu. Ġenituri ħaddiema anki b’wild wieħed se jgawdu b’mod saħħtu t-tnaqqis fit-taxxa. Fil-fatt dawk b’wild wieħed mhux se jħallsu taxxa fuq l-ewwel €1,500 fix-xahar li jaqilgħu u dawk b’żewġ ulied, ma jħallsux taxxa fuq l-ewwel €2,500 fix-xahar li jaqilgħu.

Il-Gvern baqa’ jipproteġi l-interessi tal-ħaddiema u l-familji fi żmien li pajjiżi lil hinn minn Malta qed jaffaċċjaw sfidi bla preċedent u Gvernijiet fl-Ewropa qed ikunu kostretti jimponu l-awsterità. Min-naħa l-oħra, frott ekonomija b’saħħitha li tagħti garanzija għal uliedna, il-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed ikompli jinċentiva s-settur tax-xogħol favur ħolqien ta’ karrieri ta’ kwalità u li jrendu. Fil-fatt il-Budget 2026 se jinċentiva wkoll lin-negozji billi ġew introdotti skemi li bihom jissussidja sa 80% taż-żidiet fil-pagi, sa €960 fis-sena, li min iħaddem jagħti lil ħaddiema li ilhom jaħdmu miegħu aktar minn erba’ snin f’Għawdex u l-istess għall-ħaddiema f’kumpaniji f’Malta b’sussidju sa 60% taż-żieda fil-paga, sa massimu ta’ €780 fis-sena.

Il-Gvern isostni li se jkompli jippremja l-bżulija tal-ħaddiema b’miżuri mmirati li jkomplu jżidu d-dħul tagħhom wara li huma l-kontributuri ewlenin għas-suċċess ta’ pajjiżna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport