Saturday, December 21, 2024

Aktar minn 300 persuna mejta kawża ta’ għargħar fl-Afrika t’Isfel

Aqra wkoll

In-numru ta’ mwiet fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal fl-Afrika t’Isfel tela’ għal aktar minn 300, wara li għargħar devastanti ħolqu ħerba fiż-żona.

L-awtoritajiet lokali qed jitolbu li jiġi ddikjarat stat ta’ emerġenza, wara li f’ġurnata waħda xi nħawi esperjenzaw l-ammont ta’ xita li s-soltu tinżel f’xhur.

Dan wassal biex uffiċjali sejħulha bħala “waħda mill-agħar maltempati fl-istorja ta’ pajjiżna”.

Valangi tat-tajn wasslu biex kien hemm xi nies li inqabdu taħt il-bini, filwaqt li mhux eskluż li jkun hemm aktar għargħar.

Uħud mir-rapporti internazzjonali qalu li l-isforz ta’ salvataġġ qed jiġi mxekkel minn viżibilità fqira hekk kif ħelikopter qed ikompli jgħin biex jieħu lin-nies lejn post sigur.

Ekonomija

Sport