Monday, December 23, 2024

Aktar minn 34 persuna mmultati… Ħanut tax-xagħar jinqabad jopera llegalment

Aqra wkoll

L-awtoritajiet għamluha ċara li mill-ġimgħa d-dieħla jiġu ddikjarati iktar miżuri stretti.

Instabet persuna waħda tikser il-kwarantina obbligatorja fil-272-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa. Intant 34 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi skont l-avviż legali li ħareġ il-Gvern. Minkejja li dawn huma ġranet ta’ festa, l-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Xokkanti kienet l-aħbar li ħanut tax-xagħar kien qiegħed jopera llegalment minkejja li minn barra kien jagħti x’jifhem li kien magħluq.

Ekonomija

Sport