Saturday, December 21, 2024

Aktar minn 390,000 persuna jaħsbu li Boris Johnson u Rishi Sunak għandhom jirriżenjaw

Aqra wkoll

Aktar minn 390,000 persuna jaħsbu li Boris Johnson u Rishi Sunak għandhom jirriżenjaw għax kisru l-liġi.

Nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru Ingliż tniżżel fl-istorja hekk kif sar l-ewwel mexxej tal-pajjiż li qatt kiser il-liġi, bil-Kanċillier tiegħu jsegwi.

It-tnejn ġew mitluba jirriżenjaw mill-ewwel minn xi wħud mill-membri tal-partit tagħhom stess, il-Mexxej Laburista Sir Keir Starmer, ċelebritajiet u mill-pubbliku Ingliż.

Intant sa nofsinhar tal-lum – inqas minn jumejn sħaħ wara li ħarġet l-aħbar dwar il-multi tal-politiċi – 390,163 persuna kienu ffirmaw petizzjoni biex l-irġiel jirriżenjaw.

Il-petizzjoni bdiet mill-infermier tal-NHS Matthew Tovey, li kiteb dwar ta’ dak li kienu għaddejjin minnu hu u l-kollegi tiegħu fil-ħin tal-laqgħat illegali ta’ Downing Street.

Matthew qal: ‘Waqt li l-membri ta’ dan il-Gvern kienu qed jagħmlu festa u jixorbu, aħna konna qed naħdmu biex insalvaw ħajjet in-nies. Kien żmien orribbli. Ma konniex naħsbu biex nagħmlu festa. Kien żmien stressanti u ma kien hemm xejn li nistgħu nagħmlu biex nagħmlu l-affarijiet aħjar.”

Ħafna nies li ffirmaw il-petizzjoni qasmu wkoll l-istejjer tagħhom dwar dak li ssagrifikaw biex isegwu r-regoli stabbiliti mis-Sur Johnson u s-Sur Sunak stess.

Janet Sosnowski, mill-belt ta’ Dunfermline, f’Fife, l-Iskozja, qalet: “Waqt li kienu f’festa, oħti qattgħet l-aħħar tliet ġimgħat ta’ ħajjitha l-isptar mingħajr ebda viżitatur u f’Lulju 2020 kellna funeral żgħir. Ma nistax nesprimi kemm jien disgustata u rrabjata.”

Bl-istess mod, Joy Edwards, mill-belt ta’ Macclesfield f’Cheshire, qalet: ‘Ma stajniex inkunu ma’ żewġi meta kien qed jiġġieled kontra Covid jew meta tilef il-battalja tiegħu. U mbagħad kellna nibku waħedna u jkollna biss 11-il persuna fil-funeral tiegħu. Din hija ipokresija orrenda u ksur tar-regoli tagħhom stess.”

Ekonomija

Sport