Il-Pulizija fi Spanja ħadet azzjoni mill-ewwel u rnexxielha tarresta grupp ta’ persuni. Dan hekk kif, huma instabu fil-pussess ta’ 400 annimal, l-aktar qtates u klieb, u li kienu se jintużaw billi jinbigħu b’mod ta’ traffikar.
Il-grupp huwa suspettat li jimporta annimali illegalment fi Spanja mill-Ewropa tal-Lvant permezz ta’ Andorra, sabiex minnhom jagħmlu profitti kbar. Huma ġew akkużati wkoll li ffalsifikaw dokumenti li kienu jgħidu li l-annimali kienu b’saħħithom biżżejjed għall-bejgħ, iżda fil-verita dawn ma kinux.
It-tlettax-il persuna, qed jiġu akkużati fuq abbuż tal-annimali, fuq frodi u kif ukoll fuq ħasil ta’ flus. Il-Pulizija qalet li l-annimali, li ħafna drabi kienu qed jiġu miżmuma f’kundizzjonijiet ħżiena, bħalissa qegħdin jirċievu il-kura meħtieġa mill-veterinarji.