Aktar minn 60 fekruna faqqsu fir-Ramla l-Ħamra matul il-lejn li għadda. Il-fkieren faqqsu wara l-ewwel żjara minn fekruna f’Għawdex f’70 sena biex tbid il-bajd.
nature Trust qalet li l-bajd bdew ifaqqsu għall-ħabta tas-1.50 .m. u 62 ferħ ta’ fekruna kienu laħħqu faqqsu sas-6.45 a.m.
Fekruna tar-razza loggerhead kienet biedet il-bajd fuq il-bajja f’Mejju li għadda, bl-awtoritajiet ambjentali jiżolaw iż-żona biex jipproteġu l-bajd.
Matul dawn l-aħħar xhur voluntieri ta’ Nature Trust kienu jibqgħu fuq il-post għassa mal-bajd lejl u nhar.
F’Ġunju li għadda l-Gvern kien anke ssospenda pjani biex inaddaf ir-ramel minn fdalijiet tas-sigaretti u skart ieħor biex ma jiddisturbax iż-żona.