Sunday, November 24, 2024

Aktar minn 60 immigrant maħsuba li mietu ‘l barra mill-Kosta ta’ Cape Verde

Aqra wkoll

Aktar minn 60 persuna huma maħsuba li mietu wara li d-dgħajsa li kienu qed jivvjaġġaw fuqha mis-Senegal instabet ‘l barra minn Cape Verde.

Kelliem għall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM) qal li minn tal-inqas 63 persuna li kienu qed ifittxu ażil huwa maħsub li tilfu ħajjithom filwaqt li t-38 persuna li rnexxielhom isalvaw jinkludu erbat itfal ta’ bejn it-12 u s-16-il sena.

Il-Pulizija qalet li din id-dgħajsa ntlemħet it-Tnejn li għadda fl-Oċean Atlantiku ‘l barra mill-Punent tal-Afrika, madwar 150 mil nawtiku mill-gżira ta’ Sal f’Cape Verde.

L-ewwel rapporti ssuġġerew li d-dgħajsa kienet għerqet iżda aktar tard ġie ċċarat li nstabet f’wiċċ il-baħar.

Il-Ministru tas-Saħħa ta’ Cape Verde Filomena Goncalves qalet: “Nafu li kwistjonijiet ta’ migrazzjoni huma kwistjonijiet globali, li jeħtieġu koperazzjoni internazzjonali, ħafna diskussjonijiet u strateġija globali.”

“Aħna lkoll – in-nazzjonijiet kollha – irridu noqogħdu biqiegħda madwar medja u naraw x’nistgħu nagħmlu biex ma nitilfux aktar ħajjiet fuq il-baħar,” qalet Goncalves.

Sport