Tuesday, January 27, 2026

Aktar minn 600 każ ta’ bullying irraportati fl-iskejjel fl-2025

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet ġew irraportati 627 każ ta’ bullying fl-iskejjel f’Malta u Għawdex. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Nazzjonalista Bernice Bonello.

Il-Ministru Grima f’rendikont li ta fil-Parlament qal li matul is-sena li għaddiet ġew irraportati 277 każ ta’ bullying fl-iskejjel Primarji filwaqt li fi skejjel Medji kien hemm 182 każ. Il-Ministru qal ukoll li fl-istess sena fl-iskejjel sekondarji kien hemm 168 każ ta’ bullying li ġew irraportati lid-Diprtiment għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru

Fl-istess tweġiba l-Minsitru Grima ta’ rendikont ukoll ta’ każi ta’ bullying li ġew irraportati matul is-sentejn ta’ qabel fejn fl-2023 ġew irraportati 188 każ fl-iskejjel Primarji, 143 każ f’dawk Medji filwaqt li fl-istess sena ġew irraportati 168 każ fl-iskejjel Sekondarji.

Dwar is-sena 2024, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qal fil-Parlament li fl-iskejjel Primarji ġew irraportati 180 każ filwaqt li fl-iskejjel Medji kien hemm 204 rapport. Fl-istess sena fl-iskejjel Sekondarji ġew irraportati 147 każ ta’ bullying.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport