Aktar minn 600 persuna mietu wara li ftit sigħat ilu seħħ terremot qawwi fl-Afghanistan. L-informazzjoni dwar l-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom għad irid jiżdied sew qed jirraportaw midja internazzjoni.
L-epicentre tat-terremot li kien ta’ qawwa 6 seħħ 27 kilompetru ‘l bogħod minn Jalalabad, li hija l-ħames l-akbar belt fil-pajjiż.
Mijiet kbar ta’ djar spiċċaw imwaqqgħin u l-membri tas-salvataġġ qegħdin isibha diffiċli biex jaslu fuq il-post minħabba li ż-żona hija waħda muntanjuża.
It-tmexxija Talibana talbet lill-komunità internazzjonali biex tibgħat l-għajnuna fil-pajjiż bit-tama li jiġu salvati kemm jista’ jkun nies minħabba biża’ li baqa’ mijiet li għadhom taħt it-tifrik.