Saturday, December 21, 2024

Aktar minn 80 dgħajsa u bastiment imbierka qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki

Is-Segretarju Parlamentari tappella għal apprezzament is-sena kollha lejn is-sajjieda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kollha kemm aħna għandna nkunu kburin u napprezzaw il-ħila, s-sengħa u l-ħidma bla waqfien tas-sajjieda tagħna. Dan is-settur huwa huwa parti importanti mill-identità tagħna bħala nazzjon għaliex huwa wieħed li jżewweġ l-element tradizzjonali mal-prattiċi sostenibbli u teknoloġiċi tal-lum.”

Iddikjarat dan is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Sajd f’indirizz li għamlet waqt iċ-ċerimonja li saret il-Ħamis li fiha ġew imbierka d-dgħajjes u l-bastimenti tas-sajjieda qabel il-ftuħ tal-istaġun tal-lampuki.

Filwaqt li awgurat s-sajda t-tajba lil kull sajjied Malti u Għawdxi, Bugeja qalet li importanti li nkomplu nagħrfu l-irwol ta’ din is-sengħa u li din tiġi prattikata b’rispett lejn l-ambjent. B’dan il-kunċett illum għandna sajd iżjed sostenibbli li joffri sigurtà akbar fuq l-ikel ippreżentat minn dawn l-istess sajjieda.

L-istaġun tal-lampuki jibda fil-15 ta’ Awwissu u jibqa’ għaddej sal-aħħar tas-sena. Preżentament, aktar minn 80 dgħajsa u bastiment huma mgħobbija bil-kannizzati kif ukoll bil-ġebel, bil-palm u biċ-ċimi sabiex flimkien joħorġu ’l barra u jsorġu ċ-ċimi skont il-pożizzjonijiet li ġew ipprovduti lilhom mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

Ekonomija

Sport