Saturday, November 23, 2024

Aktar minn biljun student affettwati mill-COVID-19… kellhom jingħalqu l-iskejjel f’aktar minn 160 pajjiż

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Antonio Guterres qal li l-pandemija tal-Coronavirus wasslet għall-akbar waqfien tal-edukazzjoni fl-istorja, bl-iskejjel f’aktar minn 160 pajjiż magħluqin f’nofs Lulju, u b’aktar minn biljun student affettwati. 

Żied jgħid li mill-inqas 40 miljun tifel u tifla madwar id-dinja ma ngħatawx l-edukazzjoni fis-sena kritika ta’ qabel l-iskola. 

Għalhekk, Guterres wissa li d-dinja tista’ tiffaċċja katastrofi ġenerazzjonali li tista’ taħli l-potenzjal uman, twaqqa’ lura għexieren ta’ snin ta’ progress u tħarrex l-inugwaljanzi. 

Guterres qal li anke qabel il-pandemija, id-dinja kienet qiegħda tiffaċċja kriżi fit-tagħlim, b’aktar minn 250 miljun tifel u tifla barra mill-iskola, u biss kwart tal-istudenti mill-iskejjel sekondarji fil-pajjiżi żviluppati li jitilqu mill-iskola bil-ħiliet bażiċi. 

Sport