Monday, December 9, 2024

Aktar minn €3 miljuni oħra allokati biex jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat

Aqra wkoll

Għal sena konsekuttiva oħra, il-Gvern ser ikun qed jerġa’ jindirizza anomaliji tal-passat u li jolqtu eluf ta’ persuni. Fil-fatt, mill-2017 sal-lum, dan il-Gvern investa mat-€88 miljun, fi skemi diversi għall-persuni li magħhom inħolqot inġustizzja fuq il-post tax-xogħol.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon ħabbar li fi tmiem il-ġimgħa ser jitħallsu 2,129 persuna jew l-eredi tagħhom u bejniethom ser jirċievu aktar minn €3 miljun.

“Dan huwa Gvern li dejjem hemm għan-nies, b’dan l-eżerċizzju jikkonferma il-qalb soċjali u morali ta’ dan il-Gvern, illi jaħdem qatigħ sabiex jindirizza kull inġustizzja,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Waħda mill-iskemi tinvolvi eks-apprendisti u studenti-ħaddiema li kienu daħlu mal-Gvern wara Jannar tal-1979 wara li temmew korsijiet ta’ taħriġ li bdew qabel.  Minħabba l-età tagħhom, grupp żgħir minn dawn il-kategoriji għadhom jaħdmu u għalhekk l-iskema ser tibqa’ fis-seħħ biss għal dawn il-persuni biex jitħallsu meta jilħqu l-età tal-irtirar.

Skema oħra hija dik li tapplika għal eks-membri tal-korpi li wara sabu impjieg fis-settur pubbliku, għal eks-ħaddiema tal-Gas Board u għal apprendisti tal-Malta Electricity Board li kienu ngħaqdu mal-Korporazzjoni Enemalta fl-1977.

Minn din is-sena bdew jibbenefikaw ukoll grupp ta’ eks-ħaddiema li daħlu mal-Korporazzjoni Telemalta bejn Jannar tal-1978 u Jannar tal-1979. Skema oħra hija għal persuni li kienu fl-impjieg mal-Malta Drydocks Corporation u l-Malta Shipbuilding u fl-2003 ġew trasferiti u assimilati mal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL), illum magħrufa bħala Resource Support and Services Ltd (RSSL).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport