Sunday, December 22, 2024

Aktar minn miljun turist mistennija jkunu ġew f’Malta din is-sena

Aqra wkoll

Minn l-aħħar previżjonijiet li qed isiru hu stmat li l-ammont ta’ turist li se jkunu ġew f’pajjiżna matul dini s-sena se jkun ta’ ftit aktar minn miljun turist.  Dan l-ammont hu aktar mid-doppju ta’ kemm ġew is-sena li għaddiet, sena li fiha pajjiżna għamel żmien magħluq għat-turisti minħabba l-mod kif bdiet tinfirex il-pandemija. 

Fid-diskors tal-Budget għas-sena 2022, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qal li “b’dispjaċir kont tara postijiet bħall-Belt Valletta matul il-pandemija mingħajr turisti u fejn darba kien hemm il-ħajja, kien hemm il-kwiet. Kienet sena iebsa għal dawk koha li jaħdmu f’dan i-qasam iżda matulha raw appoġġ sħiħ minn naħa tal-gvern b’nefqa ta’ kważi €800 miljun f’għajnuna lis-settur tat-turiżmu. B’din l-għajnuna, il-kolass li kienu qed jgħidulna li se jiġri u li ħafna kienu qed ibassru ma seħħx u minflok għandna ristoranti mimlijin, lukandi li rraw saf tajjeb u s-settur tat-turriżmu bil-mod il-mod qed jirpilja”.

Ekonomija

Sport