Friday, April 19, 2024

Aktar minn żewġ proġetti ta’ startups approvati kull xahar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Jingħata bidu għall-Istartup Festival 2021

Fl-indirizz introduttorju tagħha waqt l-Istartup festival, il-Ministru għall-Intrapriżi Miriam Dalli qalet li dan il-festival huwa motivat minn ideat ġodda li jistgħu jżommu n-negozji għatxana għas-suċċes u jipprogressaw.

Dalli qalet li hemm diversi startups li qed jagħżlu lil pajjiżna anke grazzi għall-klima mediterranea li toffri numru ta’ vantaġġi. Qalet li pajjiżna juża l-lingwa Ingliża waqt interazzjonijiet relatati ma’ negozji, għandna klassi ta’ ħaddiema bil-ħiliet neċessarji, kommessi li nkomplu ntejbu l-mod ta’ kif isir in-negozju u nnaqqsu l-burokrazija.

Il-Ministru tkellmet dwar il-ġid iġġenerat u qalet li għal l-awtoritajiet Maltin il-ġid mhuwiex biss dak finanzjarju, iżda wieħed li jara titjib fil-kwalità tal-ħajja.

Il-messaġġ huwa wieħed ċar “Aħna u l-MaltaEnterprise ninsabu hawn biex nassitukom. Jekk għandek idea ta’ negozju u pjan b’saħħtu biex tirnexxi, mela aħna se nagħmlu dak kollu possibbli biex niffaċilitawlkom it-triq”, kompliet Dalli.

Hawnhekk hija tat rendikont tal-għajnuniet offruti għal startups f’pajjiżna. L-assistenza tista’ tibda minn sussidju li jvarja u riċentament inħareġ ukoll rawnd ta’ soft loans biex jgħin kumpaniji b’75 fil-mija tal-ispejjeż għal proġetti sa €1 miljun. Barra minn hekk il-ħdima hija waħda kontinwa u s’issa r-rispons kien wieħed pożittiv ħafna.

Skont il-Ministru kien hawn 58 proġett ta’ startup li kienu approvati fi 22 xahar u l-proġetti approvati matul din is-sena se jkunu qed jissarrfu f’430 impjieg ta’ kwalità.

Il-Ministru Dalli qalet li r-rispons tan-negozji huwa xi ħaġa importanti ħafna biex jiġu indirizzati l-isfidi li qegħdin iwaqqfu lil pajjiżna milli jilħaq il-massimu fl-opportunitajiet li joffri.

“Qed nagħmlu minn kollox biex nipprovdu l-għodod neċessarji biex intkom tkunu tistgħu taħdmu magħna. Finalment, is-suċċess tagħkom huwa s-suċċess tagħna”, temmet tgħid Dalli.

Sport