Thursday, June 19, 2025

Aktar miżuri ta’ prekawzjoni wara t-tiġrif tal-binja f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Numru ta’ persuni lbieraħ kellhom jiġu evakwati minn binjiet f’San Ġiljan bħala prekawzjoni hekk kif kompla jsir ix-xogħol ta’ tindif fis-sit li ġġarraf il-ġimgħa li għadda fi Triq Paceville.

L-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) bl-assistenza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) u l-Pulizija ħadu miżuri ta’ prekawzjoni addizzjonali rigward il-binjiet ġirien u dawk kontigwi, fl-interess tas-sigurtà pubblika. 

Sadanittant, baqgħet għadejja il-ħidma biex mhux biss jiġi indirizzat kull periklu imma wkoll tingħata l-assistenza meħtieġa lill-persuni affettwati. 

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, l-Awtorità se tkun qed tirrevedi l-metodu tal-proċess tat-tindif tas-sit.  Il-BCA fakkret ukoll fil-linja tal-emerġenza b’rabta ma’ dan il-każ, li huwa 99097867.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport