Saturday, September 21, 2024

Aktar nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali tal-PN

Aqra wkoll

Komplew jintefgħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali f’isem il-Partit Nazzjonalista.

John Baptist Camilleri tefa’ n-nomina tiegħu fuq it-tielet distrett li fih hemm post li tbattal minn Stephen Spiteri.

Edwin Vassallo tefa’ n-nomina tiegħu fuq is-seba’ distrett fejn fih hemm żewġ postijiet battala minn Ryan Callus u Adrian Delia.

Karol Aquilina, Eve Borg Bonello u Noel Muscat tefgħu n-nomina tagħhom fuq id-disa’ distrett fejn fih hemm żewġ postijiet battala minn Robert Arrigo u Joseph Giglio. 

Karol Aquilina u Eve Borg Bonello tefgħu wkoll in-nomina tagħhom fuq l-għaxar distrett fejn fih hemm post li tbattal minn Mark Anthony Sammut.

Sport