Lil hinn minn kritika inġusta u ibbażata fuq perċezzjonjiet, aktar mhu jgħaddi żmien aktar qegħdin niltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet fejn persuni minn pajjiżi terzi ikellmuna bil-lingwa Maltija. Tiltaqa’ magħhom fi sptarijiet, fi djar tal-anzjani u anke f’kafeteriji. Dan qiegħed iseħħ għax ammont minn dawn il-persuni qegħdin jagħżlu li jitgħallmu l-lingwa Maltija.
Propju fl-aħħar jiem tmien residenti barranin li jgħixu f’Ħaż-Żebbuġ temmew b’suċċess kors bażiku tal-Malti. Din l-opportunità kienet grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Paroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ.

