Saturday, December 21, 2024

Aktar persuni prominenti qed jabbandunaw lil Trump

Aqra wkoll

Aktar ma qed toqrob l-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti f’Novembru li ġej, aktar nies prominenti u influwenti qed jabbandunaw il-kamp ta’ Donald Trump bħala l-kandidat tar-Repubikani.

Riċentement, l-eks kungressista Liz Cheney sejħet lil Trump bħala ‘katastrofi’ u ħeġġet lir-Repubblikani sħabha biex jivvutaw għal Kamala Harris, in-nominat tal-partit demokratiku għall-elezzjoni ta ‘Novembru. .

Liz Cheney mhux biss għamlet dik l-istqarrija dwar x’taħseb li hu Donald Trump imma wkoll sostniet li jrid isir dak kollu possibbli biex jiġi żgurat li dan ma jerġax jiġi elett prresident. 

F’intervista li tat lill-ABC News li se jospita d-dibattitu tat-Tlieta bejn Trump u Harris, Cheney sostniet li min kien lest juża l-vjolenza biex jipprova jaħtaf il-poter u jibqa’ fil-poter, jirrappreżenta biss katastrofi li ma tistax tiġi rkuprata u  għalhekk għandu jsir dak kollu possibbli biex ikun żgurat li ma jkunx elett mill-ġdid.  

Cheney filwaqt li affermat l-appoġġ tagħha għal Harris u ħeġġet lil Repubblikani prominenti oħra li ddikjaraw li qed jippjanaw li jivvutaw għat-tielet għażla minflok Trump, biex jitfgħu l-vot tagħhom favur-il-kandidata Demokratika.

Mistoqsija jekk għadhiex Repubblikana, Cheney sostniet li għadha konservattiva. Hija qalet li tittama li l-partit Repubblikan jinbena mill-ġdid wara l-elezzjoni presidenzjali tal-5 ta’ Novembru 2024.

Numru ta’ Repubblikani oħra ma baqgħux japprovaw lil Trump, li nstab ħati li ffalsifika kriminalment ir-rekords tan-negozju filwaqt li ffaċċja wkoll akkużi oħra b’rabta mat-tentattivi tiegħu biex ireġġa’ lura t-telfa tiegħu waqt li kien qed jikkontesta għall-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

Dawn jinkludu lil George W Bush, l-eks viċi-president ta’ Trump Mike Pence, is-senatur Amerikan Mitt Romney u l-gvernatur ta’ Maryland Larry Hogan.

Nhar il-Ħadd, Nikki Haley, li fi żmien Trump serviet bħala l-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Uniti u wara sfidatu mingħajr suċċess fil-primarja presidenzjali Repubblikana, irrifjutat li twieġeb meta mistoqsija f’intervista ta’ CBS Face the Nation jekk Trump kienx kandidat tajjeb.

Liz Cheney kisritha ma’ ħafna fil-partit Repubblikan wara li kkritikat lil Trump u serviet fil-kumitat tal-kungress li investiga l-attakk li l-partitarji tiegħu għamlu fuq il-Capitol tal-Istati Uniti fil-bidu ta’ Jannar 2021. 

Nhar il-Ġmgħa, missierha Dick Cheney, li kien viċi-president ta’ Bush  ħabbar li se jivvota għal Kamala Harris f’Novembru, u ċanfar lill-partit tiegħu stess. Stqarrija ta’ Dick Cheney semmiet it-tentattivi ta’ Trump biex iwaqqa’ l-elezzjoni tal-2020.

Kamala Harris qalet lill-ġurnalisti nhar is-Sibt li hija kienet onorata li kellha l-approvazzjoni ta’ Cheneys u kkreditathom talli poġġew lill-pajjiż qabel il-partit.

Ekonomija

Sport