Wednesday, October 1, 2025

Aktar pressjoni fuq Ruben Amorim

Aqra wkoll

Quddiem il-pressjoni dejjem tikber fuq il-kowċ ta’ Manchester United Ruben Amorim, eks plejer tagħhom Andy Cole qal li Gareth Southgate ikun l-aħjar persuna biex jieħu t-tmexxija f’Old Trafford.

Huwa sostna li Amorim kien meqjus bħala kowċ promettenti meta telaq mingħand Sporting Lisbon, iżda minkejja l-kwalitajiet tiegħu, it-tim għandu bżonn bidla fil-kultura għax bla tlaqliq qal li ma rnexxiex. Huwa enfasizza li Southgate jifhem il-klabb, il-kampjonat u l-plejers, u jista’ jikkollabora tajjeb ma’ Jim Ratcliffe u oħrajn.

Sadanittant il-gazzetti Ingliżi wkoll qed ipoġġu l-pressjoni tagħhom hekk kif ir-Red Devils tilfu l-logħba kontra Brentford bl-iskor ta’ 3-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport