Saturday, March 28, 2026

Aktar rabja wara kumment ta’ persuna miż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Il-kummenti favur u kontra dawk involuti fil-każ ta’ allegat stupru ta’ minuri ta’ 13-il sena fin-Nadur Għawdex għadhom għaddejjin. Il-kwistjoni kompliet issir aktar kontroversjali wara li l-midja, inkluż L-ORIZZONT, ħarġet rapporti dwar l-allegat involviment ta’ qassis partikolari – Fr Michael Said. Quddiem l-attakki, persuni li jafuh, oħrajn reliġjużi u membri tal-Knisja bdew isemmgħu leħinhom fejn qegħdin jiddeskrivuh bħala persuna ġenwina u ta’ qalb tajba. Fl-istess kummenti favur hemm min qiegħed jirritalja b’attakki fil-konfront tal-midja li min-naħa tagħha qiegħda tagħmel ix-xogħol tagħha billi tinvestiga u tinforma kif xieraq lill-pubbliku fir-rigward.

Ir-rabja kompliet toħroġ fl-aħħar sigħat wara kumment miż-Żebbugi, Daniel Cordina li Fr Said huwa l-Arċipriet tal-lokalità fejn jgħix. Cordina qal hekk: “Wara ħafna attaki kontra attakki fuq l-Arċipriet tal-lokalià tagħna Fr Michael Said, inħoss li bħala Żebbuġi għandi mhux biss niddefendi l-ġenwinità tiegħu imma niddefendi s-sinċerità tiegħu. Dawn l-aħħar jiem smajna ħafna gideb u diversi persuni u midja lokali tkelmu kif jaqblilhom u għażlu li ma jgħidux il-verità akkost li kisru lil Fr Said”.

“Għaliex dan kollu…?”

Hawn huwa staqsa “għaliex dan kollu, forsi għax huwa kunjomu Said?”.

Cordina nsista li, “Fr Michael Said, min jafu, jaf sew kemm huwa persuna ta’ qalb tajba, jaf sew kemm jagħmel ġid bla daqq ta’ trombi, jaf sew li f’kull parroċċa li ħadem kemm għamel ġid u bla dubju li min jaf lil Fr Said, jaf sew kemm huwa maħbub minn kulħadd”.

Huwa elabora kif “dawn l-aħħar xhur bħala Żebbuġin kellna x-xorti li Fr Michael Said jieħu f’idejh it-tmexxija tal-lokalità tagħna fejn rajna tmexxija sinċiera, onesta, fejn għandu għal qalbu t-tagħlim tal-katekisti,  flimkien ma’ żgħażagħ, mal-adulti, mal-għaqdiet volontarja u mhux l-inqas mal-anzjani li dan jagħmlu  b’imħabba lejn kull Żebbuġi.

Daniel Cordina temm jindirizza dirett lil Fr Michael Said fejn qallu li “warajk dejjem inkomplu naħdmu fi ħdan il-lokalità tagħna. Grazzi Arċipriet ta’ dak kollu li qiegħed tagħmel fil-lokalità tagħna. Il-komunità Żebbuġija warajk”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport