Wednesday, November 6, 2024

Aktar statwi li jfakkru l-avvenimenti tal-Pjazza Tiananmen imneħħija minn Università f’Hong Kong

Aqra wkoll

Statwa famuża ġewwa l-Uni­versità ta’ Hong Kong li kienet tfakkar l-avvenimenti li seħħew fil-Pjazza Tiananmen ġiet imneħħija. Din kienet tfakkar il-protesti tal-poplu kontra l-awtoritajiet Ċiniżi fl-1989 fejn diversi persuni kienu tilfu ħajjithom. 

Din l-istatwa kienet waħda mill-ftit tifkiriet li kien għadhom ifakkru dan l-avveniment, suġġett li għaċ-Ċina huwa wieħed sensittiv ħafna. It-tneħħija tal-istatwa seħħet hekk kif iċ-Ċina qiegħda tkompli tieħu azzjoni drastika fil-konfront tal-instabbiltà politika ġewwa Hong Kong. Il-belt ta’ Hong Kong kienet waħda mill-ftit postijiet fejn iċ-Ċina kienet tippermetti li jsiru ċerimonji li jfakkru dak li ġara fil-pjazza Tiananmen.

L-ewwel sinjali tat-tneħħija ta’ din l-istatwa bdew nhar l-Erbgħa filgħaxija meta uffiċjali tal-università dawru din l-istatwa bil-plastik. Imbgħad matul il-lejl, ħaddiema tal-kostruzzjoni bdew il-ħidma tagħhom biex iżarmaw din  l-istatwa li hija tal-bronż u għolja 8 metri. 

L-uffiċjali tas-sigurtà ma ħallewx lill-ġurnalisti jersqu qrib l-istatwa u lanqas ħallewhom jieħdu filmati. 

Intant fl-aħħar sigħat żewġ statwi oħra li jfakkru l-istess avvenimenti tneħħew minn Universitajiet oħrajn f’Hong Kong.

Sport