Tuesday, March 18, 2025

Aktar timijiet javvanzaw fir-Regional u l-Community Easter Cup

Aqra wkoll

San Ġwann Tiki Taka A, Qormi Anici Boys, Qormi Pinto u Cospicua Rangers B kisbu post fis-semifinali tal-Regional Easter Cup.

San Ġwann Tiki Taka A għelbu lil Qormi Anici Stars 21-13 filwaqt li Qormi Anici Boys kisbu rebħa ta’ 21-10 kontra Birkirkara Boċċi. Ikkwalifikaw ukoll Qormi Pinto li ddominaw il-konfront kontra Qormi Anici Lions tant li rebħulhom 21-7. Barra minn hekk, Cospicua Rangers B għelbu lil San Ġwann Tiki Taka B 21-11.

Fil-Community Easter Cup, seba’ timijiet avvanzaw għar-round li jmiss. Qormi Anici Calleja Ltd u Qormi San Bastjan Boċċi kisbu rebħiet identiċi ta’ 21-12 kontra Mrieħel Billiard House u Attard Scorpions rispettivament.

PL Floriana għelbu lil Gżira Titans 21-14 b’Zebbuġ St Joseph li kienu aħjar minn San Ġwann Tiki Taka D hekk kif rebħu 21-15.

Qormi Anici Cappadocia, Selmun Sports Club B u San Ġwann Tiki Taka C ukoll kisbu l-kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss wara rebħiet kontra Valletta Fossa Boys (21-13), Selmun Sports Club C (21-7) u Siġġiewi Montekristo (21-18) rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport